UpLingua
Web Business Solutions
It-Traduzzjoni

Please, choose another language:
Français
 Italiano
 Nederlands

Home Translations Visibility Promotion Web site creation Web maintenance Other Services Contact us
 


Id-Diversità Lingwistika - Maltese - Malti (Mt)

L-UE twaqqfet fuq il-prinċipju tad-diversità tal-kulturi, id-drawwiet u t-twemmin. Dan jinkludi l-lingwi.

F'kontinent fejn jiġu mitkellma tant lingwi, dan huwa naturali. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi ta' l-UE waħedhom jirrappreżentaw tliet familji lingwistiċi: dik Indo-Ewropea, Finno-Ugrika u Semitika. Mqabbel ma' kontinenti oħra, dan huwa numru pjuttost baxx.

Id-diversità lingwistika ħarġet ferm aktar fid-deher minn qatt qabel peress li n-nies għandhom ħafna aktar kuntatti ma' persuni barranin minn qabel. Kull ma jmur qegħdin dejjem jiffaċċjaw aktar sitwazzjonijiet fejn ikollhom jitkellmu lingwi oħra minbarra tagħhom, sew jekk ikunu qed jipparteċipaw f'xi skambju ta' l-istudenti, jew jekk jemigraw, inkella jagħmlu negozju fis-suq dejjem aktar integrat Ewropew, jew ikunu involuti fit-turiżmu u anke fil-globalizzazzjoni ġenerali.

L-Artikolu 22 tal-karta ta' l-UE tad-drittijiet fundamentali, li ġiet adottata fl-2000, jirrikjedi li l-UE tirrispetta d-diversità lingwistika, filwaqt li l-Artikolu 21 jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-lingwa. Flimkien mar-rispett lill-individwi, il-moħħ miftuħ lejn kulturi oħra u t-tolleranza ta' għajr dak li jkun, ir-rispett lejn id-diversità lingwistika huwa valur li jinsab fil-qofol ta' l-UE.

Dan il-prinċipju ma jgħoddx biss għat-23 lingwa uffiċjali ta' l-UE, iżda wkoll għall-ħafna lingwi reġjonali u minoritarji mitkellma minn frazzjonijiet tal-popolazzjoni tagħha.

Huwa dan li jagħmel l-UE dak li hi - mhux 'borma' li fiha d-differenzi jonqsu u jdubu, imma post fejn id-diversità tista' tiġi ċċelebrata u titqies bħala vantaġġ.

L-Unjoni Ewropea tħaddan 27 Stat Membru u għandha
23 lingwa uffiċjali

 

 

 

L-Unjoni Ewropea tħaddan 27 Stat Membru u għandha 23 lingwa uffiċjali:

Click on the language to reach the page in this particular European language

 
 
 
BG български (Bălgarski) Bulgarian
CS Čeština Czech
DA Dansk Danish
DE Deutsch German
ET Eesti Estonian
EL Elinika Greek
EN English English
ES Español Spanish
FR Français French
GA Gaeilge Irish
IT Italiano Italian
LV Latviesu valoda Latvian
LT Lietuviu kalba Lithuanian
HU Magyar Hungarian
MT Malti Maltese
NL Nederlands Dutch
PL Polski Polish
PT Português Portuguese
RO Română Romanian
SK Slovenčina Slovak
SL Slovenščina Slovene
FI Suomi Finnish
SV Svenska Swedish
 

 

 


X'inhi t-traduzzjoni ?

Spiss hawn min jitfixkel it-traduzzjoni ma' l-interpretazzjoni. Traduttur jaħdem fuq it-testi miktuba (p.eż. rumanzi, manwali, ittri, sottotitoli, websajts), filwaqt li interpretu jaqleb id-diskors bil-fomm ta' xi ħadd ieħor f'lingwa oħra.

Bosta traduzzjonijiet huma "prammatiċi" (manwali, rapporti uffiċjali, rapporti finanzjarji, eċċ.), mentri xi oħrajn nistgħu nlaqqmuhom "letterarji" (poeżiji, rumanzi, esejs, eċċ.).

Skond x'tip ta' test ikun, it-traduzzjoni taf tirrikjedi xi għamla ta' għarfien tekniku, ngħidu aħna fl-elettronika, il-finanzi, il-mediċina, il-kimika jew il-botanija, jew inkella għarfien ta' fatturi kulturali jew stilistiċi (il-ħilia li tqabbel ir-rima jew il-logħob bil-kliem).

Illum il-ġurnata, ħafna aktar nies jitgħallmu l-lingwi barranin minn qatt qabel. Madankollu, il-ħtieġa li ssir it-traduzzjoni ma għebetx. Għall-kuntrarju, ċerti fenomeni bħall-globalizzazzjoni u l-iżvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija wasslu għal żieda fl-ammont ta' traduzzjoni meħtieġa, peress li hemm bżonn ta' aktar manwali konnessi ma' prodotti ġodda u anke billi żdied in-numru ta' stazzjonijiet tat-TV.

Meta ngħaddu mbagħad għat-traduzzjoni mekkanika, din kapaċi tagħtik idea bażika ta' xi jrid jgħid test miktub b'lingwa li ma tifhimx, imma r-riskju li tifhem xi ħaġa ħażin huwa wieħed qawwi. Traduzzjoni tajba trid tagħti kas tal-kuntest, l-istruttura u r-regoli grammatikali, l-istil, u l-potenzjal ta' doppju sens minħabba s-sinonimi u l-logħob bil-kliem. Huwa proprju għalhekk li t-teknoloġija konnessa mal-lingwi jeħtieġilha tiġi meqjusa bħala għodda f'idejn it-traduttur uman, u mhux strument intiż biex jeħodlu postu.

 



Up
Lingua
 Web Business Solutions - Web Translation, Web Visibility, Web site Creation, Web site Maintenance and Promotion
Brussels, Belgium - Milan, Italy  - Istanbul, Turkey -  E-mail:
info@uplingua.com - Web: www.uplingua.com

Copyright 2008 UpLingua, Commercial Translations in European languages

It-Traduzzjoni Maltese - Malti, Id-Diversità Lingwistika, L-Unjoni Ewropea tħaddan 27 Stat Membru u għandha 23 lingwa uffiċjali, Spiss hawn min jitfixkel it-traduzzjoni ma' l-interpretazzjoni. Traduttur jaħdem fuq it-testi miktuba (p.eż. rumanzi, manwali, ittri, sottotitoli, websajts), filwaqt li interpretu jaqleb id-diskors bil-fomm ta' xi ħadd ieħor f'lingwa oħra - http://www.uplingua.com Vincent Butaye - Antonella CulassoTranslations of languages: Bulgarian, Czech, Danish, German, Estonian, Greek, English, Spanish, French, Irish, Italian, Latvian, Lithuanian, Hungarian, Maltese, Dutch, Polish, Portuguese, Romanian, Slovak, Slovene, Finnish, Swedish Translations services by http://www.uplingua.com/ Vincent Butaye, Antonella Culasso translators in Brussels, Milan, Istanbul